Qorti | Ftit prospetti ta' ħelsien mill-arrest bit-timbru elettroniku għall-aħwa Degiorgio

L-aħwa huma akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u għaddej każ kontrihom fuq akkużi ta' ħasil ta' flus

Il-prospett ta' ħelsien mill-arrest għat-tnejn mit-tlieta minn nies akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, bl-użu ta' timbri elettroniċi qed jidhru illi huma żgħar ħafna. 

Il-Qorti kienet qed tisma' l-każ Kostituzzjonali tagħhom fuq akkużi ta' ħasil ta' flus, mhux il-każ kontrihom fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

L-Avukat William Cuschieri, qed jidher għal George u Alfred Degiorgio fil-proċeduri kriminali qed jinsisti li dawn ikunu meħlusin mill-arrest . 

Illum fil-Qorti rriżulta li persuna li tkun fuq parole jista' jkollha timbri elettroniċi, imma dan ma japplikax għal dawk li jkunu taħt kustodja preventiva. Dan kien ikkonfermat, fil-fatt, minn Alex Dalli Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin metya kien mistosqi mill-avukat f'isem l-Uffiċċji tal-Avukat Ġenerali, li kkonferma li fil-fatt l-aħwa Degiorgio qegħdin taħt arrest preventiv. 

More in Politika