Is-sidien ta' Louis Vuitton u Gucci jwegħdu €300 miljun għar-restawr ta' Notre Dame

Donazzjonijiet minn madwar id-dinja biex ikun restawrat il-katidral ta' Notre Dame, wara li lbieraħ inħakem minn nirien li heddew l-eżistenza tiegħu

Is-sidien ta' Gucci u Louis Vuitton jwiegħdu donazzjonijiet kbar għar-restawr tan-Notre Dame
Is-sidien ta' Gucci u Louis Vuitton jwiegħdu donazzjonijiet kbar għar-restawr tan-Notre Dame

Miljunarji u negozjanti kbar Franċiżi qed jingħaqdu flimkien u qed jagħtu miljuni f'donazzjonijiet biex ikun restawrat il-Katidral ta' Notre Dame, f'Pariġi, li lbieraħ intlaqat minn nirien kbar u għal mumenti lanqas kien għadu ċert hux se jibqa' jeżisti. 

Fost dawk li qed iwegħdu somma kbira ta' flus hemm is-sidien tad-djar tad-diżinn Luis Vuitton u Gucci. Dawn qed iwiegħdu, bejntiehom, €300 miljun għar-restawr ta' dan il-monument nazzjonali u internazzjonali

Dawn huma fost il-ħafna, minn madwar id-dinja, illi bħalissa qed jagħtu flus biex ikun restawrat dan il-katidral. 

François-Henri Pinault, li għandu sehem fil-Grupp Kering, li hija sidt ditti bħal Gucci, Saint Laurent u Alexander McQueen, wiegħed €100 miljun. Bernard Arnault tal-LVMH, li hijs sidt ditti bħal Christian Dior, Louis Vuitton u x-xampanja Moet & Chandon, wiegħdu €200 miljun

.

More in Politika