Talab 50 ċenteżmu għal belgħa te u spiċċa mħarrek

Raġel li talab 50 ċententeżmu biex jixtri belgħa te spiċċa mħarrek mill-Pulizija talli skontu, “qagħad jimmolesta lin-nies.”

Raġel ta’ 56 sena li talab 50 ċenteżmu biex jixtri te spiċċa mħarrek u akkużat li, “ qad jimmolesta lin-nies biex jittallab il-karità f’xi post pubbliku.”

Dan is-sit jinsab infurmat li l-każ immur lura għal Frar li għadda meta waqt ronda minn Pulizija pajżan dan lemaħ lir-raġel jippassiġġa u f’ħin minnhom staqsa persuna għall-flus biex jieħu te’

Il-Pulizija pajżan minnufih ordanlu li ma joqgħodx jittallab filwaqt li ġie nfurmat li se jiġi mħarrek. B’hekk ix-xahar id-dieħel ir-raġel li ibati mill-vizzju tad-droga se jidher quddiem il-Maġistrat talli talab belgħa te.

More in Politika