Aħbar tajba għal min għandu, ħażina għal min m'għandux: Il-proprjetà togħla b'6%

Ir-rata ta' żieda fil-prezzijet tal-proprjetà f'Malta kienet ogħla mill-medja tal-UE fl-aħħar tal-2018

Il-propjretà f'Malta għoliet b'6% fl-aħħar kwart tal-2018
Il-propjretà f'Malta għoliet b'6% fl-aħħar kwart tal-2018

Ċifri tal-Eurostat juru illi l-prezzijiet tal-proprjetà f'pajjiżna komplew jogħlew, kif prattikament għolew madwar l-Unjoni Ewropea kollha. 

Fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra l-prezzijiet tal-proprjetà żdiedu b'6.2% meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena 2017. Din iż-żieda mhux l-ogħla fl-UE, imma xorta hija fost l-ogħla, tant li hija iktar mill-medja fl-UE  li fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra kienet 4.2%. 

Il-Belġju, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Olanda, l-Awstrija, Ċipru u Franza huma fost dawk il-pajjiżi fejn ir-rata ta' żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà kienet inqas. Spanja, Irlanda, Lussemburgu u l-Portugall huma fost dawk il-pajjiżi fejn ir-rata ta' żieda kienet inqas.

More in Politika