Coleiro Preca tinħatar President tal-Fondazzjoni Nazareth

Il-President Emeritu mill-ewwel xammret il-kmiem hekk kif din il-kariga tidħol fis-seħħ mil-lum

Ftit jiem biss wara li temmet il-kariga tagħha bħala President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca tidher lesta biex tkompli xxammar il-kmiem hekk kif inħatret President tal-Bord Diretturi tal-Fondazzjoni Nazareth.

Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Bord tal-Fondazzjoni saħaq li qed iħares 'il quddiem għal aktar ħidma b'risq il-persuni b’diżabbiltà li tieħu ħsieb din l-istess Fondazzjoni.

Preżentament il-Fondazzjoni tamministra tlett idjar fil-komunità.

More in Politika