Protest ġudizzjarju biex ikunu ppubblikati l-istudji dwar il-mina immedjatament

12-il organizzazzjoni ppreżentaw protest ġudizzjarju kontra l-Ministru tat-Trasport u l-Awtorità tal-Ippjanar biex jiżvelaw l-istudji kollha li għandhom x’jaqsmu mal-mina bejn Malta u Għawdex

Protest Ġudizzjarju biex ikunu ppublikati l-istudji dwsr il-mina
Protest Ġudizzjarju biex ikunu ppublikati l-istudji dwsr il-mina

12-il organizzazzjoni ppreżentaw protest ġudizzjarju kontra l-Ministru tat-Trasport u l-Awtorità tal-Ippjanar biex jiżvelaw l-istudji kollha li għandhom x’jaqsmu mal-mina bejn Malta u Għawdex. Huma talbu wkoll li jsir Strategic Environmental Assessment (SA) kif mitlub mil-liġijiet nazzjonali u tal-UE.  

                                           Din it-talba tiġi wkoll wara intervista tal-illum.com.mt mal-Ġeoloġista Peter Gatt

L-organizzazzjonijiet qalu li jeħtieġ li nieqfu nilagħbu noli u li nżommu informazzjoni essenzjali milli toħroġ fil-pubbliku. "Il-mina proposta se jkollha konsegwenzi enormi u fit-tul fuq is-saħħa, il-kwalità tal-ħajja u l-ambjent ta’ kull min joqgħod Malta jew Għawdex. Iċ-ċittadini ma jistgħux jitħallew fl-għama rigward l-implikazzjonijiet veri ta’ deċiżjoniiet radikali bħal dawn." Huma għalhekk sostnew li qegħdin isejħu lill-awtoritajiet biex jippubblikaw l-istudji kollha biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiffurmaw opinjoni bbażata fuq il-fatti. Dan huwa prinċipju ewlieni tad-demokrazija”.

It-tnax-il organizzazzjoni li qed jippreżentaw il-protesta ġudizzjarja huma:

Din l-Art Ħelwa, Ramblers' Association of Malta, Nature Trust (Malta), BirdLife Malta, Friends of the Earth Malta, Moviment Graffitti, The Archaeological Society Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Kamra tal-Periti, Isles of the Left, Bicycle Advocacy Group u Żminijietna – Leħen ix-Xellug

More in Politika