Life Network se tibgħat kwestjonarju lill-kandidati kollha biex tistaqsihom dwar l-abort

Il-Fondazzjoni saħqet li l-votanti għandhom dritt li jkun jafu l-fehma tal-kandidati li għalihom se jivvutaw

Il-Fondazzjoni Life Network ħabbret li se tkun qed tibgħat kwestjonarju lill-kandidati kollha għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew bil-għan li jaċċertaw il-pożizzjoni ta’ kull kandidat fir-rigward tal-ħarsien tal-ħajja mill-konċepiment sal-mewt naturali.

“Il-votant għandu dritt li jkun jaf il-fehma tal-kandidati li għalihom ikun ser jivvota,” saħqet il-Fondazzjoni.

Il-mistoqsijiet li se tagmel il-Fondazzjoni lill-kandidati huma dawn:

  • Il-liġijiet ta’ Malta jippermettu trattament li jsalva l-ħajjiet għal nisa tqal anki jekk dan jista’ jirriżulta fil-mewt tat-tarbija. Ladarba huwa stabbilit li l-ħajja tal-omm hija dejjem protetta, inti tivvota favur leġislazzjoni, reżoluzzjonijiet u/jew miżuri oħrajn li jippromwovu l-abort? 

  • Inti favur is-surrogacy, li huwa wkoll magħruf bħala l-kiri ta’ ġuf?
  • Inti tikkommetti ruħek li tiddefendi l-libertà tal-kuxjenza ta’ kull persuna kif garantit mill- Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali? 

  • Inti tivvota favur il-miżuri kollha li jippromwovu, jabbraċċjaw jew jinkoraġixxu l-ewtanasja u/jew is-suwiċidju assistit? 


Il-Fondazzjoni saħqet li se tkun qed tippubblika r-riżultat ta’ dan il-kwestjonarju qabel l-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju.

More in Politika