L-MFA u r-referis jilħqu kompromess ... l-istrajk irtirat

L-istrajk tar-referis evitat u jintlaħaq qbil dwar il-pagi...

Illejla fi stqarrija, l-Malta Football Referees Association (MFRA) qalet li d-direttiva li ħabbret aktar kmieni din il-ġimgħa biex ir-referis ma jattendux għall-logħob se tkun irtirata.

"L-MFRA tħabbar li wara kważi sitt xhur diffiċli ħafna ntlaħħaq ftehim u ser ningħataw iż-żieda tant mistħoqqa. Nirringrazzjaw lit-tim ta’ erba’ intermedjarji li rrappreżentaw lill-MFRA. Issa huwa l mument li niffukaw fuq tmiem l-istaġun u nħallu dawn il-problemi warajna," qalet l-MRFA fl-istqarrija.

Kien propju din il-ġimgħa meta l-MFRA ħarġet direttiva sabiex ir-referis membri ma’ jmorrux għall-logħob. Deċiżjoni motivata mill-karba tal-MFRA sabiex jiġu r-riveduti l-pagi tar-referis lokali.

More in Politika