'Il-Gvern ma kellu ebda problema li jippubblika r-rapport tal-Greco ' jgħid il-PL

'Dan hu Gvern li qed jaġixxi bi trasparenza' jgħid il-Partit Laburista

Fi stqarrija b'referenza diretta lejn ir-rapport tal-Greco li kien ippublikat dalgħodu, il-Partit Laburista qal li, "l-Gvern ma kellu ebda problema li jippubblika r-rapport tal-GRECO jkun ippubblikat. Dan għax il-gvern jaġixxi bi trasparenza tant li llejla stess wera d-disponibiltà li jiddiskuti dan ir-rapport fil-Parlament."

Skont il-Partit Laburista, "dan l-aġir trasparenti hu differenti ħafna minn tal-Kap tal-Oppożizzjoni li ma riedx jippubblika dokumenti li tkellem dwarhom fl-aħħar jiem."

L-Istqarrija qalet li, "fuq kollox huwa l-Gvern preżenti li qed iwettaq ir-riformi li hemm bżonn biex isaħħaħ id-demokrazija u s-saltna tad-dritt f’pajjiżna. Fl-aħħar snin diġà twettaq ħafna u fix-xhur li ġejjin se jitwettaq iktar kif wera l-Gvern meta f’inqas minn mitt jum wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezjadiġà ressaq ‘il quddiem proposti biex ikunu implimentati dawn il-bidliet."

Aqra wkoll : Greco tisħaq li pulizija li jikxef il-korruzzjoni għandu jkun protett
Aqra wkoll : Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li r-rapport Greco jagħtih raġun, 'm'aħniex ngħixu f'pajjiż normali

More in Politika