Vapur maħtuf minn immigranti riesaq lejn Malta

Kelliem għall-Forzi Armati jikkonferma li l-bastiment riesaq lejn Malta iżda għadu fl-ibħra territorjali tal-Libja

Il-bastiment maħtuf...ritratt ta' MarineTraffic
Il-bastiment maħtuf...ritratt ta' MarineTraffic

Vapur tal-merkanzija li nħataf minn grupp ta’ immigranti wara li ġew salvati mill-ekwipaġġ tal-istess bastiment, jinsab fi triqtu lejn Malta.

Dan kien ikkonfermat ikoll minn kelliem tal-Forzi Armati li mal-MaltaToday saħaq ukoll li minkejja diversi tentattivi biex ikun ikkuntatjat il-kaptan tal-vapur, sa issa għad ma kien hemm l-ebda tweġiba.

Il-kelliem saħaq ukoll li l-bastiment bħalissa għadu jinsab fl-ibħra territorjali Libjani u qed isegwih bastiment ieħor tal-Gwardji tal-Kosta Libjani.

Skont siti tal-aħbarijiet Taljani, il-vapur El Hibli 1, inħataf mill-immigranti li kien għadu kemm salva fiż-żona tat-Tfittxija u s-Salvataġġ Libja.

Rapport fuq La Repubblica jkompli jgħid li l-immigranti ħatfu l-vapur u bdew resqin lejn Malta meta nnutaw li kienu se jittieħu lura lejn il-Libja.

Id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini immedjatament saħaq li l-Italja mhux se taċċetta dan il-bastiment.

More in Politika