'San Pawl il-Baħar saret 'free for all ... kulħadd jagħmel li jrid' - eks Sindku Laburista

Raymond Tabone, eks Sindku ta' San Pawl il-Baħar, jilmenta dwar irwejjaħ qawwijin ta' fjuwil, xi ħaġa li kienet waqfet wara ilmenti minnu fil-Kunsill

Ray Tabone , eks-Sindku ta' San Pawl il-Baħar, hawn jidher mas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri
Ray Tabone , eks-Sindku ta' San Pawl il-Baħar, hawn jidher mas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri

L-eks Sindku ta' San Pawl il-Baħar Raymond Tabone sostna illi mill-ġdid żoni f'San Pawl il-Baħar qed ikun hemm riħa ta' fjuwil, speċifikament fiż-żona tal-Housing Estate fi Triq iż-Żernieq u Triq Ċensu Tanti. 

Mhuwiex ċar mill-liema attività ġejja din ir-riħa hekk kif fil-viċinanzi hemm diversi negozji. Li hu żgur huwa li Tabone sostna illi meta qajjem din il-kwistjoni fil-Kunsill Lokali kien inqata' dan l-abbuż. "Issa erġajna. Min irid jista' jiġi filgħaxija u jxomm. Free for all sirna f'dan il-lokal," ilmenta Tabone, "ħafna jagħmlu li jridu. Shame!"

Tabone sostna li r-riħa hija tat-tip ta' fjuwil sekondarju "li tqabbdu bies isssaħħan binja kbira."  

Fil-fatt tant kienet qawwija li għal mument, qal lil dan is-sit, ħasbu li kellhom xi 'leak' miċ-ċilindru tal-gass tad-dar. 

 

 

More in Politika