Raġel ta' 29 sena iweġġa' gravi wara li ntalaqt minn xi ġebel

L-inċident seħħ ġewa impjant f'Pembroke

Illum, għall-ħabta tal-10:20 am il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm weġġa’ ħaddiem ġewwa impjant f’Pembroke.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 29 sena kien sofra xi ġrieħi meta ntlaqat minn xi ġebel.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Farruġia L li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Politika