Il-mexxejja tal-UE jagħtu sat-22 ta' Mejju lir-Renju Unit biex jiddeċiedi xi jrid

...bil-patt u l-kundizzjoni ta' vot favur il-Ftehim tal-Irtirar fil-Parlament Ingliż

Attivista favur il-Brexit tqabbad in-nar bandiera tal-UE
Attivista favur il-Brexit tqabbad in-nar bandiera tal-UE

Il-mexxejja tas-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, inkluż ta' Malta, ftehmu illi jagħtu lir-Renju Unit ċans sat-22 ta' Mejju, biex tiddeċiedi dwar qbil għall-Brexit. 

Din hija l-ġurnata ta' qabel ma jibdew jivvutaw l-Ewropej fl-elezzjonijiet biex ikunu eletti l-Membri Parlamentari Ewropej. 

Minkejja dan, in-negozjatur ta' Brexit f'isem l-UE Michel Barnier qal illi dan il-perjodu qasir ta' żmien se jingħata biss fuq il-kundizzjoni ta' vot favur il-Ftehim tal-Irtirar fil-Parlament Ingliż. 

Ma fhimtx fuqhiex mhux qed jintlaħaq qbil? Ara hawnhekk. 

More in Politika