L-inflazzjoni tilħaq l-ogħla rata f'sena fi Frar ... il-prezz tal-ikel jibqa' tiela'

... il-prezzijiet tal-ħwejjeġ jinżlu u dak tad-dawl u l-ilma jibqa' baxx, skont l-NSO

Fi Frar li għadda r-rata tal-inflazzjoni laħqet l-ogħla livell f'sena. L-inflazzjoni hija kemm ikunu qed jogħlew il-prezzijiet ta' diversi servizzi u oġġetti. Dan jirriżulta minn statistika li għadha kemm ħarġet mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika. 

Il-prezzijiet tal-ikel, li għal fini ta' dan l-eżerċizzju jinkludi ikel mir-restoranti u take aways, baqgħu jkunu l-akbar fattur li jwassal għal għoli tal-ħajja. Fil-fatt r-rata tal-inflazzjoni fl-ikel kienet ta' 5.5%, l-ogħla fost is-servizzi u l-oġġetti kollha. 

Il-prezzijiet tal-ħwejjeġ u żraben, minn naħa l-oħra raw tnaqqis fil-prezzijiet (-3.15%). Il-prezz tad-dawl u l-ilma baqa' baxx u kien qed jara inflazzjoni ta' 0.1% biss. 

 

More in Politika