14-il persuna l-isptar wara li xufier jaħtaf u jaħraq ix-xarabank li kienu fiha

Ir-raġel ta' 47 sena qed jinżamm mill-Pulizija Taljana wara li ħataf u ħaraq xarabank mimlija tfal ...

Ritratt mis-sit ansa.it
Ritratt mis-sit ansa.it

Raġel ta' 47 sena qed jinżamm mill-Pulizija Taljana wara li allegatament ħataf u ħaraq xarabank li kien qed isuq hu stess. Il-vettura kienet mimlija tfal tal-iskola. 

Jidher illi r-raġel, li għandu ċittadinanza Taljana imma li huwa mis-Senegal, għandu rekord kriminali. 

Il-vettura kellha fuqha 51 tifel u tifla mill-iskola ta' Cremona. L-ewwel rapporti fuq il-midja Taljana qed jgħidu illi r-raġel wettaq dan l-attakk biex "iwaqqaf l-imwiet li qed iseħħu fil-Mediterran."

Huwa qal lit-tfal illi ħadd ma kien se jsalva minnhom, skont il-Provinċjal Kmandant Luca De Marchis. 

Malli kien imwaqqaf mill-Pulzija ir-raġel xegħel in-nar, għalkemm fortunatament it-tfal kienu salvati hekk kif il-Pulizija kissru l-ħġieġ.

12 mit-tfal u żewġ adulti ddaħħlu l-isptar wara li belgħu dħaħen, kif kellu wkoll jiddaħħal l-isptar l-allegat aggressur.

More in Politika