Madwar 10,000 persuna fis-sena jingħataw kura fil-kliniċi għall-mediċina Ċiniża f’pajjiżna

 Inawgurata wirja dwar it-tradizzjoni medika Ċiniża fi ġnien is-Serenita ġewwa Santa Luċija

Id-Deputat PM Chris Fearne
Id-Deputat PM Chris Fearne

Madwar 10,000 persuna fis-sena jingħataw kura fil-kliniċi għall-mediċina Ċiniża f’pajjiżna, b’waħda minn dawn il-kliniċi tinsab propju f’Mater Dei.

Dan qalu lbieraħ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li ġiet inawgurata wirja dwar it-tradizzjoni medika Ċiniża fi ġnien is-Serenita ġewwa Santa Luċija.

Id-Deputat Prim Ministru qal li l-mediċina tradizzjonali Ċiniża tista’ tintuża biex tikkumplimenta l-prattiċi mediċi tal-Punent. Huwa rringrazzja ċ-Ċentru Reġjonali Mediterran għall-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża u awgura biex dan iċ-ċentru jibqa’ jissaħħaħ u jkun komplimentari għall-pratiċi mediċinali tal-Punent.

 

More in Politika