Il-karozza tal-President f'inċident ... Coleiro Preca qawwija u sħiħa

L-inċident seħħ f'Raħal Ġdid...

Il-President Marie Louise Coleiro Preca
Il-President Marie Louise Coleiro Preca

Il-karozza tal-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca kienet involuta f'inċident wara li ntlaqtet minn vettura kbira u baqgħet dieħla f'barrier. L-inċident seħħ fi Vjal Pawlu Boffa, f'Raħal Ġdid.

Il-President kienet għadha ħierġa minn attività mill-Fondazzjoni Spiro Mizzi għal donazzjoni lil diversi komunitajiet u skejjel fil-Kottonera. 

Ħadd ma weġġa u l-President ittieħdet lura l-Palazz ta' San Anton.

More in Politika