Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Aġġornata | Raġel jiftaħ in-nar fl-Olanda ... tliet persuni jitilfu ħajjithom

Raġel jiftaħ in-nar f'Utrecht l-Olanda, jweġġa diversi persuni u tliet persuni tilfu ħajjithom

Albert Gauci Cunningham / 18 ta' Marzu 2019 12:25
Ix-xena fuq il-post f'Utrecht
Iktar kmieni dalgħodu raġel fetaħ in-nar fuq in-nies fi stazzjon tat-tramm fil-belt ta' Utrecht, fl-Olanda iktar kmieni dalgħodu. 

"Diversi sparaturi nstemgħu fit-tramm u diversi nies sfaw mweġġa'. Diversi helikopters qegħin iduru fuq il-post fejn seħħ l-inċident, għalkemm s'issa għadu ma kien arrestt ħadd.," saħaq kelliem tal-Pulizija mal-midja. 

Il-Pulizija fuq il-post fejn seħħew l-isparaturi
Intant l-aħħar informazzjoni mogħtija mis-Sindku ta' Utrecht qed tindika li hemm tliet persuni li tilfu ħajjithom. Il-pulizija Olandiża ppublikat ritratt ta' raġel ta' dixxindenza Torka li qed ikun imfittex b'rabta ma' dan l-attakk (ara tweet).

'

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook