Malta b'fost l-ogħla tkabbir fl-UE fir-rati ta' xogħol vakanti

Malta tirreġistra żieda ta' 0.7% fl-ammont ta' xogħolijiet vakanti fl-aħħar kwart tal-2018...

Skont statistika tal-Eurostat Malta kellha fost l-ogħla żidiet fir-rata ta' xogħol vakanti mill-Unjoni Ewropea kollha. Fil-fatt Malta kellha żieda ta' 0,7% fir-rata ta' xogħolijiet vakanti fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra meta mqabbel mas-sena ta' qabel. 

Ma' Malta kien hemm ukoll ir-Repubblika Ċeka, l-Awstrija, u l-Ġermanja li rreġistraw żidiet. 

Iż-żieda medja fix-xogħolijiet vakanti fl-UE kienet ta' 0.2%.

 

More in Politika