Filmat | Jinqabad fil-fatt jisgassa bieb ta' ħanut fil-Fgura ... residenti jilmentaw

Sidt il-ħanut li safa' misruq tilmenta illi bħalissa għaddejja 'mewġa' ta' serq' fil-Fgura u tgħid li r-residenti 'qed jgħixu fil-biża''

Psrti mill-filmat ta' raġel jisraq ħanut fil-Fgura
Psrti mill-filmat ta' raġel jisraq ħanut fil-Fgura

Wara dik li dehret bħala 'katina' ta' serq f'Birżebbuġa, li l-gazzetta ILLUM ilbieraħ kompliet tirrapporta dwarha, jidher li numru ta' ħallelin tefgħu għajnejhom fuq il-Fgura. Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri lil ħalliel jisgassa bieb, f'dak li residenti qalu lil dan is-sit illi huwa ħanut tal-ħwejjeġ. 

Din is-serqa hija r-raba' waħda fl-aħħar tliet ġimgħat, irrimarka resident partikolari

Minn naħa tagħha Graziella Galdes, resident tal-Fgura u sidt il-ħanut li ġie misruq, qalet illi din hija parti minn mewġa ta' serq f'Raħal Ġdid u l-Fgura. "Aħna n-negozji u r-residenti qed ngħixu fil-biża' u għandna bżonn aktar protezzjoni mill-Gvern u l-Awtoritajiet Lokali." 

 

More in Politika