Aġġornata | Tagħmlilna unur u tkun l-ewwel li tirbaħ id-deheb - Maria Pia Saliba

Din l-għawwiema qed tipparteċipa fl-Olimpjadi Speċjali ...

Maria Pia Saliba
Maria Pia Saliba

L-għawwiema Maltija Maria Pia Saliba għadha kif rebħet l-ewwel midalja tad-deheb għal pajjiżna waqt l-Olimpjadi Speċjali.

Il-kontinġent Malti huwa magħmul minn madwar 50 persuna li qed jieħdu sehem fl-Olimpjadi Speċjali li qed isiru f’Abu Dhabi, fl-Emirati Għarab Magħquda. 

Ara hawn iż-żjara tal-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle

Intant ftit tal-ħin ilu kien imħabbar li tfajla oħra rebħet midalja tad-deheb, din id-darba Ann Ebejer rebħet ukoll midalja tad-deheb. Hija kkompetiet fil-200 metru – atletika.

Ann Ebejer
Ann Ebejer

Iktar tard imbagħad Malta reġgħet rebħet midalja oħra tad-deheb fil-Unified Bowling. It-tim kien magħmul minn Peter Mallia, Philip Gruppetta , Amanda Cini u Jessica Farrugia. Flimkien ma’ dawn Malta rebħet 2 midalji tal-fidda fit-table tennis permezz ta’ Warren Schembri u Doreen Vella.

More in Politika