Qorti | David Casa baqa' ma fetaħx libell fuq allegazzjonijiet li kien jieħu l-kokaina

Fil-Qorti llum, għall-mistoqsija lil Saviour Balzan, jirriżulta li Casa baqa' qatt ma fetaħ libell fuq akkużi ta' teħid ta' drogi ....

L-MEP David Casa
L-MEP David Casa

Il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa baqa' qatt ma fetaħ libelli kontra l-istorja li kienet ippubblikata fuq il-gazzetta MaltaToday u li kienet tallega illi David Casa kien ta' sikwit jikkonsma d-droga kokaina, inkluż ma' dawk li kienu jaħdmu miegħu u li ġieli qabeż appuntamenti tax-xogħol propju minħabba l-użu tad-droga. 

Dan ħareġ fil-Qorti illum hemm kif l-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday Saviour Balzan u l-MEP Marlene Mizzi dehru f'każ ta' malafama li Mizzi kienet fetħet kontra Casa dwar allegazzjonijiet li kienet qed iżomm flus dwar kirja li ma kinitx intitolata għalihom. 

Mizzi kienet qed tuża l-uffiċċju tat-tifla tagħha u ma kinitx qed iżżomilha flus tal-kera. Dan wassal għall-allegazzjoni li kienet qed iżżomm l-ħlasijiet hi, li kienu intenzjonati li jħallsu l-kera. 

"L-MEPs m'għandhomx għalfejn jagħtu sodisfazzjon għall-ispejjeż li jagħmlu," xehdet Mizzi. "Huwa f'idejn l-MEP li tamministrahom ... Casa qal li jiena kont qed nisraq u jiena qatt mhu se naċċetta din l-akkuża. Il-fatt li huwa qed jonfoħ is-salarji u jieħu d-droga minflok jipprova jnaddaf ismu..." qalet Mizzi qabel imbagħad kienet interrotta.

L-avukat ta' Casa, Jason Azzopardi, staqsa lil Mizzi jekk kinitx taf li l-kontijiet ta' Casa kienux awditjati. Hi wieġbet li ma tafx. 

Balzan kien qed jixhed. Kien mistoqsi dwar l-allegazzjoni li Casa jonfoħ il-pagi. Huwa kkonferma li kien hemm dawn l-allegazzjonijet flimkien ma' dawk tad-droga. 

"Staqsejnieh mistoqsijiet u hu (Casa) wieġeb ħafna minnhom, imma ħafna mit-tweġibiet tiegħu kienu dwar suġġetti oħrajn bħall-Bank Pilatus." 

Balzan spjega li f'dak li kien qal Casa kien ċar illi qed jirreferi għal Marlene Mizzi. 

Mistoqsi jekk Casa qattx fetaħ libelli fuq l-istorja dwaru u l-użu tal-kokaina. Saviour Balza wieġeb fin-negattiv. 

Meta kien mistoqsi mill-Avukat Azzopardi kien se jistaqsi jekk l-informazzjoni kinitx ingħatat minn ċertu individwu, il-Qorti waqqfet il-mistoqsija. 

Azzopardi staqsa jekk Balzan kienx ivverifika l-kontijiet u jekk rax li kienu awditjati. Balzan wieġeb li l-aġent ta' Casa Nikki Dimech kien ikkonferma li l-ispejjeż kienu awditjati, imma qal ukoll li għaż-żmien li qed tirreferi l-istorja Dimech ma kienx l-aġent. 

'Taf li l-OLAF sabet illi kollox kien kif suppost?' staqsa Azzopardi. "Le, forsi tkun tista' tgħaddilna l-istorja?" staqsa Balzan. 

More in Politika