Il-PE jirrakkomanda is-sospensjoni tan-negozjati mat-Turkija dwar sħubija mal-UE

Kati Piri tisħaq illi jekk l-UE tirrispetta l-valuri tagħha stess għandha tissospendi n-negozjati biex it-Turkija ssir membru tagħha

Il-Parlament Ewropew (PE) irrakkomanda illi jkunu sospiżi n-negozjati għad-dħul tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea (UE). 

Kati Piri, MEP Soċjalista mill-Olanda u li hija r-rapporteur tat-Turkija sostniet illi jekk l-UE tieħu l-valuri tagħha bis-serjetà, ma jista' jkun hemm ebda konklużjoni oħra ħlief li jkunu sospiżi d-diskussjonijiet mat-Turkija. 

"L-għajtiet kontinwi tagħna biex id-drtittijiet fundamentali jkunu rispettati waqgħu fuq widnejn torox," sostniet Piri. 

More in Politika