Il-Parlament Ingliż ilejla b'no way' lil 'no deal' Brexit

Kollox f'idejn il-Parlament Ingliż li llejla se jiddeċiedi dwar jekk għandux iħalli l-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim

Theresa May kienet kostretta tmur għal dan il-vot wara li l-ftehim li nnegozjat reġa' ma kienx approvat
Theresa May kienet kostretta tmur għal dan il-vot wara li l-ftehim li nnegozjat reġa' ma kienx approvat

Illejla l-Parlament Ingliż ivvota kontra 'no deal' Brexit, jiġifieri li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea (UE) mingħajr ma jkun laħaq ftehim mal-UE. Id-Deputati kienu qed jivvutaw fuq emenda tal-Prim Ministru Theresa May b'321 favur u 308 kontra. 

B'hekk 'no deal' Brexit ma jistax isir, issa jew taħt l-ebda ċirkostanza.

Il-Prim Ministru Theresa May kienet kostretta ssejjaħ dan il-vot wara li lbieraħ reġgħet tilfet il-vot dwar il-ftehim li nnegozjat mal-Unjoni Ewropea għall-Brexit.

Jekk il-vot tal-lejla jkun kontra Brexit bla ftehim, il-Parlament Ingliż se jkun qed jerġa’ jintalab jivvota jekk għandux jitlob lill-Unjoni Ewropea biex Brexit ikun pospost għal Ġunju, hekk kif ir-Renju Unit kellu jħalli l-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu li ġej.

Ilbieraħ, 391 Membru Parlamentari vvutaw kontra l-ftehim dwar Brexit biex hekk il-ftehim ma kienx approvat b’149 vot.

Minkejja li Theresa May kienet kostretta tmur lura r-Renju Unit biex iġġib aktar assigurazzjonijiet legali, partikolarment dwar il-ftehim Backstop, li jitratta l-fruntiera bejn l-Irlanda ta’ Fuq u r-Repubblika tal-Irlanda, irnexxielha tikkonvinċi biss madwar 40 Deputat tal-Gvern tagħha u li ma kienx biżżejjed biex il-vot jgħaddi.

Theresa May qed tibqa’ tinsisti li l-ftehim li nnegozjat huwa l-aqwa ftehim possibbli, anke għax l-Unjoni Ewropea mhux lesta terġa’ tinnegozjah mill-ġdid.

 

X’ġara s’issa...

  • F’Jannar 2013 L-eks PM Ingliż David Cameron iwiegħed illi jekk jirbaħ l-elezzjoni l-Partit Konservattiv jerġa’ jinnegozja r-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-UE u jmur għal referendum biex il-poplu jiddeċiedi jridx jibqa’ fl-UE jew jaċċettax termini ġodda tas-sħubija
  • Il-Konservattivi jirbħu u jibdew in-negozjati.
  • Wara negozjati intensivi, hekk kif kull pajjiż ma kienx lest jaċċetta li r-Renju Unit tingħata xi relazzjoni speċjali, Cameron jirnexxielu jikseb 27 firma tal-pajjiżi l-oħrajn tal-UE għal dak li kien qed jipproponi.
  • Jissejjaħ referendum għat-23 ta’ Ġunju 2016. Id-deċiżjoni hija  bejn ‘Stay’ jew ‘Leave’. Maġġoranza assoluta ta’ 51.9% jivvutaw biex ir-Renju Unit jitlaq mill-UE. Cameron jirriżenja.
  • Fit-13 ta’ Lulju 2016 Theresa May tinħatar Prim Ministru
  • Fl-aħħar ta’ Marzu tas-sena l-oħra r-Renju Unit tinvoka Artiklu 50. Id-data skedata għal Brexit hija 29 ta’ Marzu 2019
  • F’Ġunju 2017 il-Partit Konservattiv jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni ġenerali. Il-Ministru ta’ Brexit David Davis jibda n-negozjati
  • F’Lulju ta’ din is-sena Davis jirriżenja għax jgħid li l-Gvern Ingliż qed jagħti wisq lill-UE. Dominic Raab jeħodlu postu
  • Wara ħafna diskussjoni u sentejn wara r-referendum, kien konkluż il-Ftehim ta’ ‘Brexit’ (Withdrawal Agreement). Dan wassal għal bosta riżenji fil-kabinett, ta’ Deputati li qed jgħidu li l-arranġament ma jagħmilx sens. L-akbar punt ta’ diżgwid kien dak dwar il-Ftehim backstop
  • F’Diċembru f’Summit il-mexxejja kollha l-oħra tal-UE qablu li ma jistax ikun hemmn aktar negozjati dwar it-termini tal-Ftehim ‘Brexit’
  • Nhar id-19 ta’ Jannar fil-House of Commons il-Ftehim ta’ May kien riġettat b’432 vot kontra u 202 favur. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien imbagħad poġġa mozzjoni ta’ sfiduċja quddiem il-Parlament, liema mozzjoni m’għaddietx għal 19-il vot
  • May qalet li rċeviet assigurazzjonijiet legali fosthom li jipprevjenu milli l-backstop ikun ftehim li jibqa’ b’mod defeinit

More in Politika