Raġel fil-periklu tal-mewt u tnejn oħra jweġġgħu wara inċident fis-Siġġiewi

Il-każ seħħ fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt u l-kundizzjoni ta’ tnejn oħra għadha mhux magħrufa wara inċident tat-traffiku fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li għall-ħabtav tas-2:30pm kien seħħ impatt bejn vettura misjuqa mir-raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi u vettura oħra misjuqa minn anzjan ta’ 62 sena minn Ħ’Attard li miegħu kien hemm żagħżugħ ta’ 19-il sena.

Fuq il-post tal-inċident issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu u anke ambulanzi li ħadu t-tliet persuni Mater Dei.

Aktar tard, ir-raġel ta’ 52 kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jassituha fl-inkjesta.

More in Politika