F'Jannar jerġgħu jiżdiedu b'2.4% it-turisti li ġew pajjiżna

Imqabbel ma' Jannar tas-sena l-oħra pajjiżna jerġa jirreġistra żieda fl-ammont ta' turisti li żaru pajjiżna

It-total ta' turisti li ġew f'pajjiżna f'Jannar laħqu l-127,723 jew inkella żieda ta' 2.4% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra. 

Fi statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jirriżulta li minn dawn 114,551 kienu turisti li ġew għal vaganza, filwaqt li 9,461 turist ġew għal skopijiet ta' negozju. 

In-numru ta' turisti ġejjin minn pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea żdiedu b'14.6% għal 20,788 meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra, filwaqt li l-maġġoranza tat-turisti kienu bejn 25 u 44 sena. 

L-ammont ta' ljieli mqattgħin f'pajjiżna żdiedu b'7.6% għal total ta' 912,439, bl-akbar persentaġġ (49.2%) joqgħodu fi stabbilimenti tal-akkomodazzjoni. 
 

More in Politika