Whistleblower issa jista' jmur għand il-midja qabel ma jirrapporta lill-impjegatur tiegħu

Direttiva tal-UE li tagħti aktar saħħa lill-whistleblowers tgħaddi mill-Parlament Ewropew ...

Taħt direttiva ġdida tal-Unjoni Ewropea, li għaddiet ilbieraħ, whistleblowers issa jistgħu jirrappurtaw direttament lill-midja jew regolaturi qabel imorru għand l-impjegaturi tagħhom.

Il-ftehim milħuq ilbieraħ mil-Parlament Ewropew huwa proviżjonali u jagħti aktar protezzjoni lil whistleblowers billi tikkjarifika l-ewwel ftehim li kien iġiegħel lill-whistleblowers l-ewwel jirrapportaw lill-impjegaturi tagħhom. 

Fil-qasir, id-direttiva Ewropea qed tagħti lill-whistleblowers protezzjoni legali mill-mument li jiddeċiedu li jsafru s-suffara u allura jixfu l-att.

Id-direttiva kienet meqjusa bħala 'rebħa' għall-midja u kienet possibbli wara li bosta organizzazzjonijiet ħadmu għall-protezzjoni ta' bosta whistleblowers fuq livell tal-UE. 

More in Politika