Nirien jaħkmu maħżen tal-Karnival fil-Marsa

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li hemm nirien fl-inħawi tal-Biċċerija

Ritratt | Kurt Sansone
Ritratt | Kurt Sansone

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fil-Marsa biex jikkontrollaw nirien li jidher li ħakmu xi maħżen tal-Karnival.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ dan is-sit li kien hemm xi maħżen li ħa n-nar fl-inħawi tal-Biċċerija.

Pulizija kkonfermaw ukoll li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident u ġew salvati annimali li kienu fl-imħażen.

Il-maħżen ġarrab ħsarat kbar, bis-saqaf tiegħu saħansitra jċedi.

More in Politika