'Il-paraliżi fl-istituzzjonijiet fuq il-Panama Papers tikser il-liġijiet Maltin u tal-UE'

Simon Busuttil jiftaħ rikors fuq il-kwistjoni taż-żewġ kumpaniji li kellhom Keith Schembri u Konrad Mizzi

L-eks Kap tal-PN Simon Busuttil
L-eks Kap tal-PN Simon Busuttil

L-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fetaħ rikors fil-Qorti, illi fih qed jinsisti li l-istituzzjonijiet Maltin b'mod mill-aktar flagranti fallew milli jieħdu azzjoni kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri.

Busuttil sostna li l-paraliżi istituzzjonali quddiem il-Panama Papers u allura ż-żewġ kumpaniji li kienu fetħu l-istess Mizzi u Schembri, kisret il-liġijiet Ewropej u ċ-Charter tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem. 

Fir-rikors ta' 77 paġna Busuttil jirrepeti l-għajta għall-investigazzjoni mid-dokumenti li ġew 'leaked'.

Ir-rikors jgħid li hemm provi illi għad hemm karti u korrispondenza li nstabu f'diversi uffiċċji f'Malta li jikxfu dettalji dwar il-kumanija Hearnville u Tillgate, li allegatament kienu qed jirċievu l-flus minn 17 Black.

Busuttil argumenta illi l-falliment ta' diversi istituzzjonijiet li jieħdu azzjoni ifisser ukoll ksur tal-liġi domestika u d-direttivi tal-ħasil ta' flus. 

Huwa temm jgħid li lest jagħti informazzjoni taħt ġurament meta l-maġistrat iħoss il-bżonn. 

More in Politika