Erba' persuni arrestati waqt rejd mill-Pulizija 'f'bejta ta' droga' fil-Blata l-Bajda

Matul il-ħin tal-operazzjoni, Triq Mountbatten fil- fil-Blata l-Bajda ingħalqet għat-traffiku

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Il-Pulizija arrestat erba' persuni allegatament involuti fit-traffikar tad-droga.

It-tliet irġiel u mara kienu arrestati wara rejd f'residenza privata fil-Blata Bajda, dar li ġiet deskritta bħala 'bejta ta' traffikar ta' droga'."

Ir-rejd sar tard il-Ħamis filgħaxija, meta Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u xi membri tal-Special Intervention Unit daħlu ġewwa r-residenza privata.

Matul il-ħin tal-operazzjoni, Triq Mountbatten ingħalqet għat-traffiku.

Il-Forzi Armati u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħadu sehem fl-operazzjoni.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

More in Politika