Norman Lowell uffiċjalment kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Fl-aħħar elezzjoni tal-PE  l-Imperium Europa kiseb 6,761 vot

Fi stqarrija, l-Imperium Europa ħabbar li l-fundatur u mexxej attwali tal-partit, Norman Lowell se jkun qed jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (PE) ta' Mejju li ġej.

Lowell se jkun l-uniku kandidat tal-Imperium Europa għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew (PE)..

Fl-aħħar elezzjoni tal-PE, l-Imperium Europa kiseb 6,761 vot.

L-Imperium Europa jippromwovi politika kontra l-immigrazzjoni, hekk kif dan iqis li l-politika kurrenti dwar id-diversità kulturali qed twassal għall-qerda tal-kulturi Ewropej.

Minkejja dan, l-Imperium Ewropa huwa pro-Ewropa iżda anti-EU, hekk kif dan iqis l-Unjoni Ewropea bħala waħda 'merkantili'. 

Fl-istqarrija, il-partit qal li hu jemmen li n-nies ġew rappreżentati ħażin mis-sitt kandidati tal-MPE li skontu, "segwew l-aġenda tal-partit tagħhom stess u l-interess personali fi Brussell u li naqsu milli jindirizzaw il-frustrazzjoni u l-ħtiġijiet tal-votanti."

More in Politika