Aktar kontrolli fuq iċ-ċilindri tal-gass wara tliet inċidenti fi ftit jiem

Dan anke jekk l-awtoritajiet qed jisħqu li l-inċidenti ma kellhomx x'jaqsmu flimkien

L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Konsumatur  (MCCAA) u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u tal-Ilma (REWS) ħabbru li qed jinvestigaw l-aħħar inċidenti li seħħew f’temp ta’ ftit jiem u li kienu jinvolvu.

Għalkemm ma jidhirx li kien hemm rabta bejn l-inċidenti, iż-żewġ entitajiet qalu li se jkunu qed jaħdmu biex jassiguraw is-sigurtà taċ-ċilindri.

Fost oħrajn se jkunu qed isiru investigazzjonijet dwar ir-regolaturi u l-valves bir-riżultat mistenni joħroġ żmien 15-il ġurnata u se jsiru wkoll aktar kontrolli fuq l-impjanti ta’ fejn jimtlew iċ-ċilindri u fuq is-sigurtà taċ-ċilindri.

L-ewwel każ seħħ bħal-lum ġimgħa meta raġel ta’ 70 sena tilef ħajtu f’nirien ikkawżati minn splużjoni ta’ ċilindru tal-gass fl-appartament tiegħu fl-Imsida.

Ftit jiem wara, raġel minnn Raħal Ġdid weġġa’ wara splużjoni ta’ ċilindru tal-gass u lbieraħ kienet irrappurtata splużjoni ta’ ċilindri tal-gass ġo pastizzerija fil-Qawra anke jekk jidher li l-isplużjoni seħħet.

More in Politika