40 persuna arrestati fi Sqallija akkużati li kienu jisirqu vetturi lussużi biex jinbiegħu f'Malta

Fl-aħħar jiem, il-Pulizija f'Ragusa sabet madwar 30 vettura li kienu lesti biex jitniżżlu Malta

Erbgħin persuna qed ikunu investigati mill-awtoritajiet f’Ragusa fuq akkużi ta’ serq ta’ karozzi lussużi li kienu mbagħad jiġu mibjugħa f’Malta u anke fil-Libja.

Skont siti tal-aħbarijiet Taljani, il-Pulizija, viċin il-port ta’ Pozzallo, sabet madwar 30 karozza lussuża li nsterqu fl-aħħar ġimgħat u li kienu se jitniżżlu Malta.

Jidher, li l-valur ta’ dawn il-vetturi jammonta għal miljuni ta’ ewro.

Apparti minn hekk, wara l-arrest tal-40 persuna, il-Pulizija f’Ragusa sabet ukoll armi tan-nar, pjanċi misrjuqa, dokumenti ffalsifikati u oħrajn misruqa, fosthom affarijiet oħra.

More in Politika