L-FAM isalvaw 87 immigrant li nstabu fuq dgħajsa tal-injam biswit Lampedusa

Bastiment Taljan li kien qed jopera taħt FRONTEX ma setax isalvahom minħabba ħsarat tekniċi

Mill-Arkivji
Mill-Arkivji

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 87 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà ftit ‘il bogħod mill-gżira Taljana ta’ Lampedusa.

Nhar it-Tnejn li għadda, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Forzi Armati ta’ Malta li kien hemm dgħajsa tal-injam b’87 immigrant abbord.

Il-Forzi Armati ta’ Malta sabu din id-dgħajsa madwar 30 mil nawtiku fin-nofsinhar ta’ Lampedusa.

Bastiment Taljan li kien jopera taħt FRONTEX intalab joffri l-għajnuna iżda minħabba ħsarat tekniċi l-ekwipaġġ ma setax isalvaw lill-immigranti.

Kien għalhekk li l-bastiment Malti salva lill-immigranti tard ilbieraħ filgħaxija u ddaħħlu Malta dalgħodu.

More in Politika