'Kien ikun aktar għaqli kieku ntagħżlet persuna li l-poplu kollu jħossu qrib tagħha' - PD

Il-Partit Demokratiku qal dan minkejja li ddeskriva lil Vella bħala persuna li dejjem kien integru fil-ħajja politika tiegħu

Wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li se jkun qed jinnomina lill-eks Ministru George Vella biex ikun l-10 President ta' Malta, il-Partit Demokratiku saħaq li fil-kuntest tas-sitwazzjoni politika tal-pajjiż, kien ikun aktar għalqi kienu ntgħażlet persuna li l-poplu kollu seta' jħossu qrib tagħha.

Il-Partit Demokratiku qal dan minkejja li ddeskriva lil Vella bħala persuna li dejjem kien integru fil-ħajja politika tiegħu.

Waqt li fakkar li din il-ħatra issa tiġi fformalizzata fil-Parlament, il-PD ma qalx kif se jkunu qed jivvutaw iż-żewġ Deputati tiegħu.

Aqra wkoll:

More in Politika