Is-settur privat kiber b'10 darbiet aktar mis-settur pubbliku f'Settembru

L-impjiegi fis-settur privat żdiedu b'10,388 għal 160,178 filwaqt li l-impjiegi fis-settur pubbliku żidiedu b'1,235 għal 47,484

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru illi f'Settembru tal-2018 kien hemm żieda ta' 5.5% fis-suq tax-xogħol (eskluż part times) biex dan kien ilaħħaq il-209,475. Din iż-żieda kienet attribwita l-aktar għal żieda ta' 11,623 persuna li jaħdmu f'xi impjieg full time u tnaqqis ta' kważi 659 persuna li m'għandhomx impjieg. 

L-akbar żieda kienet irreġistrata fost impjiegi professjonali, xjentifiċi u attivatijiet tekniċi, kif ukoll fil-qasam amministrattiv.

L-impjiegi fis-settur privat żdiedu b'10,388 għal 160,178 filwaqt li l-impjiegi fis-settur pubbliku żidiedu b'1,235 għal 47,484.

Dawk li jaħdmu għal rashom żdiedu b'1,350 kkumparat ma' Settembru 2017.

L-Impjiegi part time, minn naħa l-oħra, żdiedu b'4.1%, l-aktar fis-setturi professjonali, xjenifiċi u attivitajiet tekniċi kif ukoll fl-impjiegi, fl-arti u d-divertiment. 

More in Politika