Wieħed mill-aktar Kardinali viċin tal-Papa misjub ħati li abbuża żewġt itfal

Il-Kardinal George Pell għandu 77 sena u sa ftit xhur ilu kien it-Teżorier tal-Vatikan

Il-Kardinal Awstraljan George Pell, li sa ftit żmien ilu kien wieħed mill-aktar kollaboraturi viċini tal-Papa Franġisku nstab ħati ta’ abbuż sesswali.

Pell niżżel ismu bħala l-ogħla figura tal-Knisja Kattolika li nstab ħati b’abbuż sesswali fuq minuri.

Il-Kardinal, li għandu 77 sena u li sa ftit ilu kien it-Teżorier tal-Vatikan u anke fost id-disa' Kardinal li jagħtu l-pariri lill-Papa, instab ħati li fl-1996 abbuża żewġt itfal tal-kor fil-Katidral ta' San Patrizju f'Melbourne.

Huwa kien qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi u għada mistennija tingħata s-sentenza.

Il-Kardinal, minnufih appella mid-deċiżjoni.

More in Politika