Aaron Farrugia f'diskussjonijiet dwar fondi Ewropej għal għajnuna lil min sofra ħsarat

Il-Partit Nazzjonalista jitlob lill-Gvern biex tingħata għajnuna lil numru ta' bdiewa li saritilhom ħsara fl-uċuh tar-raba'

Is- Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia
Is- Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia ħabbar illi jinsab f'kuntatt mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mal-MEP Laburista Miriam Dalli sabiex jintuża l-Fond Ewropew għas-solidarjetà u b'hekk ikunu mgħejjuna dawk li sofrew ħsarat kbar. 

Fil-fatt illum, hekk kif pajjiżna intlaqat minn maltempata kbira b'riħ qawwi mmens, numru ta' gabbani ġew litteralment meqrudin, filwaqt li daħlu ilmijiet f'diversi proprjetajiet u numru ta' promenades jinsabu fi stat ħażin. 

Il-PN minn naħa l-oħra qed jitlob lill-Gvern biex jagħti l-għajnuna meħtieġa lil numru ta' bdiewa li saret ħsara kbira fl-uċuh tar-raba' tagħhom. 

"Nappellaw lill-Gvern sabiex mil-lejla stess jwaqqaf grupp ta' esperti sabiex jagħmlu inventarju dettaljat tal-ħsarat sabiex jiġu kkunsidrati l-passi ta' kumpens min hawn 'il quddiem. Ftit hawn bdiewa bis-serer li ma ġarrbux ħsarat. Jidher ċar li l-ħsarat fl-istrutturi, makkinarju u investimenti oħra li għamlu l-bdiewa b'sagrifiċċju tul is-snin jitilgħu għal eluf kbar għal diversi bdiewa."

More in Politika