'Irridu li Għawdex jibbenefika mill-massimu possibbli ta' fondi Ewropej'

Il-Ministru Justyne Caruana dan waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar l-Awtorità Reġjonali għal Għawdex

Il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana qalet li l-Awtorità Reġjonali għal Għawdex li qed tkun diskussa fil-Parlament se tkun awtorità b’saħħitha li se tiggarantixxi l-iżvilupp ta’ Għawdex.

Hija qalet dan waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Fid-diskors tagħha, Caruana qalet li din l-awtorità se tistabbilixxi standards u tigarantixxi li dak kollu li ilu jingħad f’Għawdex isir imma fi żmien determinat.

Fissret kif f’dan l-isfond saret talba lill-Kummissjoni Ewropea biex issir analiżi s-sitwazzjoni soċjo ekonomika ta’ Għawdex.

“Irridu nimmasimizzaw il-potenzjal ta’ Għawdex biex jibbenefika minn fondi Ewropej il-massimu possibbli,” qalet Caruana li tkellmet kif fl-aħħar snin żdiedu l-fondi tal-Unjoni Ewropea għal Għawdex. 

Min-naħa tiegħu, il-kandidat Agius Saliba qal li fl-aħħar jiem ħarġet id-differenza fil-mod kif iż-żewġ partiti politiċi jħarsu lejn Għawdex.

“Filwaqt li kellna lill-Prim Ministru f’Għawdex iħabbar iktar inizjattivi għal gżira Għawdxija, l-Kap tal-Oppożizzjoni kien qiegħed Għawdex imaqdar kull inizjattiva li ħa dan il-gvern f’Għawdex fl-aħħar snin,” qal Agius Saliba.

More in Politika