Jgħid li quddiem il-Pulizija Grech Mintoff daqq l-irtirata dwar il-viżas Libjani u Neville Gafà

L-id il-leminija ta' Ivan Grech Mintoff ilejla se jgħid ukoll li ċempel lill-PN u mar Kastilja biex iwissi dwar Grech Mintoff fuq l-allegazzjonijet kontra Neville Gafà

Neville Gafà (Kaxxa kbira), Ivan Grech Mintoff  (fuq) u Anthony Calleja (isfel)
Neville Gafà (Kaxxa kbira), Ivan Grech Mintoff (fuq) u Anthony Calleja (isfel)

Ilejla waqt il-programm '30 Minuta' fuq Smash TV Anthony Calleja, l-uniku kandidat ta' Alleanza Bidla flimkien ma' Ivan Grech Mintoff fl-2014 jiżvela illi meta kien quddiem il-Pulizija Grech Mintoff bħal donnu daqq l-irtirata fuq l-allegazzjonijiet serji li qed jagħmel fil-konfront ta' Neville Gafà. 

Grech Mintoff qed jallega li Gafà ixxaħħam biex setgħu jingħataw viżas lil diversi persuni Libjani kif ukoll li saħansitra tela' l-Libja u ħallas lil nies li allegatament kienu lesti jixhdu fil-każ li hemm bħalissa l-Qorti. 

Dan is-sit jista' jiżvela wkoll kif l-istess Calleja ilejla se jgħid illi kien hu li ċempel lill-Partit Nazzjonalista u wissieh kontra Grech Mintoff kif għamel f'laqgħa li kellu ma' Segretarju tal-Prim Ministru f'Kastilja. 

Wara li kkontesta ma' Grech Mintoff bħala l-id il-leminija tiegħu fl-2014, ikkontesta mal-Patrijotti Maltin fl-aħħar elezzjoni ġenerali. 

Il-programm jixxandar ilejla fi-9:00 p.m. fuq l-istazzjon Smash TV u huwa ppreżentat minn Darren Marmara'

More in Politika