Grupp fir-Renju Unit se jibda jgħin lin-nisa Maltin li jridu jagħmlu abort

Fost oħrajn, dan il-grupp joffri għajnuna finanzjarja lil dawk in-nisa li ma jistgħux jagħmlu abbord u anke jipprovdi informazzjoni dwar kif mara tista' tagħmel abort bl-inqas spejjeż possibbli

Grupp fir-Renju Unit li jipprovdi assistenza finanzjarja lin-nisa minn pajjiżi li fihom l-abort huwa illegali, ħabbar li qed jestenti s-servizzi tiegħu lir-residenti ta’ Malta u Ġibilta.

Abortion Support Network (ASN) spjega kif kull mara f’dawn il-pajjiżi se tkun tista' tikkuntatjah, kemm minn fuq is-sit u anke fuq imejl, biex jirċievu informazzjoni kunfidenzjali dwar kif għandhom jirranġaw abort bl-inqas spejjeż possibbli u anke informazzjoni dwar kliniċi u alternattivi ta’ vvjaġġar.

Fejn meħtieġ, l-istess għaqda saħansitra toffri għajnuna finanzjarja biex tgħin lil dawn in-nisa biex iħallsu l-ispejjeż marbuta mal-ivjaġġar u l-abort.

Malta hija l-uniku pajjiż fl-Ewropa fejn l-abort huwa kompletament illegali, filwaqt li f’Ġibilita, l-abort huwa permessibbli meta l-ħajja tal-omm tkun fil-periklu.

“F’Jum San Valentinu, l-ASN qed tkabbar l-imħabba ta’ dan il-fond għall-abort lil dawk li jgħixu Malta jew Ġibilita,” saħqet Mara Clarke, il-fundatur ta’ din l-għaqda.

Fi kliemha, imbilli l-abort ikun illegali, qatt ma jista’ jieqaf isir. Qalet biss li l-uniku differenza hija li dawk in-nisa li għandhom il-flus u jinqabdu tqal mingħajr ma jridu għandhom ċans jagħmlu abort, iżda dawk li ma għandhomx ikollhom iwelldu, jew inkella jippruvaw iwaqqfu t-tqala b’metodi perikolużi.

Lara Dimitrijevic, id-direttur tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa laqgħet din l-aħbar u qalet li dawn is-servizzi se jkunu qed itaffu xi ftit mid-“diskriminazzjoni” li jgħaddu minnha n-nisa Maltin.

Aqra wkoll:

More in Politika