Filmat | 47 immigrant jinżlu Sqallija wara appell mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem

Huma kienu qegħdin fuq vapur tas-Sea Watch 3

Ritratt ta' immigrant fuq is-Sea Watch 3 | Ritratt Felix Weiss
Ritratt ta' immigrant fuq is-Sea Watch 3 | Ritratt Felix Weiss

Illum fi Sqallija ddaħħlu s-47 immigrant li ma kienux qed jitħallew jidħlu fuq il-kosta ta' Katanja mill-awtoritajiet Taljani. Huyma kienu qegħdin fuq bastiment Sea Watch 3. 

Id-deċiżjoni tal-Gvern Taljan tiġi ftit sigħat biss wara li l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem talbet lill-Italja biex tagħti l-għajnuna kollha li tista' lil dawn l-immigranti, inkluż lil numru ta' tfal.  

More in Politika