Il-Qorti tgħid li Gaffarena ma jistax jġiegħel lis-sidien l-oħra jbiegħu sehemhom

Il-Qorti tikkritika bil-kbir ix-xhieda ta' Gaffarena u n-Nutara waqt dan il-każ

Illum fil-Qorti Mark Gaffarena tilef każ li fih kien qed jipprova jġiegħel lis-sidien tal-kwart l-ieħor tal-palazz jbiegħu l-porzjon tagħhom.

Fl-2016, Gaffarena u martu Josielle kienu fetħu każ il-Qorti sabiex is-sidien tal-kwart l-ieħor tal-propjetà, jiġu obbligati jbiegħu s-sehem tagħhom dan skont il-kuntratt ta’ bejgħ ta' Ottubru 2014. Liema bejgħ suppost seħħ f’April ta ’dik is-sena. 

Fis-sentenza tagħha l-Qorti ċaħdet it-talba ta’ Gaffarena, filwaqt li kkritikat x-xhieda li kienet semgħet fil-każ 

“Skont l-evidenza li rat din il-Qorti, m'għandha l-ebda dubju li n-nutar Angela Bezzina kienet taf bl-esproprjazzjoni għax ippreżentat il-'Formola E' meħtieġa għall-esproprjazzjoni. Minkejja dan, hija ma nnotifikatx lill-konvenuti b'dak li skopriet, minkejja l-obbligu tagħha bħala nutar pubbliku.” 

Apparti min dan il-Qorti ikkritikat ukoll x-xhieda tan-Nutar Antoine Agius li ħa post Bezzina kif ukoll dik ta’ Mark Gaffarena.

Skont il-Qorti, “Agius kien evażiv fix-xhieda tiegħu," filwaqt li Gaffarena qal "li ma kienx jaf jekk in-Nutar stabillixix l-kwota għall-bejgħ u lanqas liema dokumenti hu għadda lin-Nutar. Dan meta hu ddeksriva lilu nnifsu bħala persuna li n-negozju tagħha huwa x-xiri u l-bejgħ ta ‘proprjetà."

Fid-dawl tax-xhieda tiegħu, il-Qorti qalet li ma setgħetx tistabbilixxi l-prezz totali tal-ftehim peress li din tvarja.

Fl-2007 Gaffarena sar il-proprjetarju ta’ 25% tal-bini fi Triq Zekka illi fih hemm l-uffiċini tal-Building Industry Consultative Council (BICC). Huwa nefaq b’kollox €23,294. Imma f’Jannar 2015 il-Gvern esproprija din il-parti tal-binja u ta’ lil Gaffarena €822,500 fi flus u artijiet.Imbagħad xahar wara, xtara 25% oħra tal-bini għall-prezz ta’ €139,762, biex f’April  il-Gvern esproprija l-istess parti tal-bini għal €822,500 fi flus u artijiet. 

Intant f'Marzu li għadda, l-Qorti kienet annullat il-ftehim li sar bejn il-Gvern u Gaffarena fis-sena 2014. Dan il-ftehim kien tratta esproprijazzjoni li meta inkixef il-każ kollu irriżulta illi minnha, allegatament, Gaffarena mar minn fuq b'madwar €1 miljun. Il-każ wassal għar-riżenja tas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon li dejjem ċaħad xi tip ta' involviment, anke jekk l-esproprijazzjoni (bħal kull esproprijazzjoni ieħor) kellu it-timbru finali tiegħu. 

More in Politika