Balzan jagħti ħasla lid-Deputati 'bla kukki' li jibżgħu jitkellmu dwar il-mina

L-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday jiftaħ il-kanuni kontra dawk id-Deputati li jaħsbu illi l-mina hija 'ġennata' imma li jibżgħu jitkellmu

Saviour Balzan
Saviour Balzan

Saviour Balzan, editur Maniġerjali tal-kumpanija Mediatoday, ma tantx jomgħoda kelma. U fil-fatt ma tantx dam jomgħod kliemu dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, li skont l-eks Deputat Laburista Franco Mercieca se ssir żgur u dwarha d-dibattitu magħluq. 

Balzan sostna illi minkejja li diversi Deputati jħossu illi dan il-proġett huwa "ġennata kbira" li se jkompli jeqred il-ftit natura li għad fadal, dawn imbagħad jibżgħu jgħidu dak li jħossu minħabba ripġerkussjonijiet politiċi. 

"Naf ħafna deputati li jaħsbu illi l-proġett tal-mina hija idea medjokri ... imma m'għandhomx il-kukki jgħidu li ma jaqblux."

Diversi għaqdiet ambjentali sostnew l-oppożizzjoni tagħhom kontra dan il-proġett l-aktar minħabba li dan jista' jipperikola wieħed mill-isbaħ widien f'pajjiżna; Il-Pwales li huwa wkoll art għammiela ħafna b'diversi għelieqi. 

Fuq in-naħa ta' Malta l-mina hija ppjanata li tiżbokka fil-limiti tal-Limbordin. 

More in Politika