L-Italja uffiċjalment f'riċessjoni

Il-Prim Ministru Giuseppe Conte jisħaq li t-tnaqqis fl-ekonomija mistenni jippersisti tul din is-sena

Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, l-ekonomija Taljana niżlet fil-livelli tar-riċessjoni, bil-Prim Ministru Giuseppe Conte jisħaq li l-ekonomija mistenni tkompli tiċkien tul din is-sena.

Skont statistiċi ppubblikati llum, fil-bidu tas-sena li għaddiet, l-ekonomija Taljana naqset b’0.2% u niżlet 0.1% aktar fit-tielet kwart tas-sena.

Jidher li l-agrikoltura, is-settur tas-sajd u anke dak tal-industrija, fost oħrajn, kellhom sehem dirett fid-daqqa ta’ ħarta li ħadet l-ekonomija Taljana.

Sax-xahar li għadda, il-Gvern Taljan kien sforzat jemenda l-Baġit tiegħu għal din is-sena wara li l-Kummissjoni Ewropea uriet it-tħassib tagħha fuq l-impatt li dan seta’ kellu fuq id-dejn tal-pajjiż.

Id-dejn tal-Gvern Taljan u l-akbar wieħed fl-Unjoni Ewropea u jaqbeż il-€2.3 triljun.

More in Politika