Il-Pulizija tfittex raġel li seraq ħanut f'San Pawl il-Baħar

Ir-raġel kien armat b'arma tan-nar u ħarab minn fuq il-post b'ammont ta' flus kontanti

Il-Pulizija qed tfittex raġel li lbieraħ daħal fi stabbiliment f’San Pawl il-Baħar u wara li hedded lill-kaxxiera, mara ta’ 62 sena, ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9:30pm fi Triq il-Mosta.

Jidher li r-raġel, liebes kollox iswed u allegatament armat b’arma tan-nar, talab fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera qabel ħarab.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Dwar il-każ il-Maġistrat tal-Għassa ħatret inkjesta b’għajnuna ta’ diversi.

More in Politika