L-ECHR titlob lill-Italja tagħti l-għajnuna lil 47 immigrant li mhux jitħallew jidħlu l-Italja

Il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) imponiet miżuri fuq l-Italja dwar 47 immigrant fuq Sea Watch 3 

L-Immigranti fuq is-Sea Watch 3 | Ritratt Sea Watch Doug Kuntz
L-Immigranti fuq is-Sea Watch 3 | Ritratt Sea Watch Doug Kuntz

Il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) imponiet miżuri fuq l-Italja dwar 47 immigrant fuq Sea Watch 3 . Wara ilmenti minn dawk li jinsabu fuq il-vapur ta' salvataġġ, l-ECHR irrikonoxxiet li kien hemm ksur tad-drittijiet umani wara dak illi Sea Watch 3 iddeskriviet bħala 'imblokk illegali' barar l-kosta ta' Siracusa. 

L-ECHR qed titlob lill-Gvern Taljan biex jieħu l-miżuri kollha, kemm jista' jkun malajr, biex jipprovdi lill-applikanti kollha b'attenzjoni medika, ikel, ilma u provvisti bażiċi kif neċessarju. Dwar il-15 it-tifel u tifla mhux akkumpanjati, l-Gvern Taljan kien mitlub jipprovdi assistenza legali adegwata.

It-tabib tal-vapur Frank Dörner sostna li ftit nies waqfu jieklu u oħrajn m'għadhomx stabbli emozzjonalment. "Kellna nużaw kalmanti għal uħud imma ma nistgħux nitrattawhom sew fuq il-vapur. Uħud minn nies tant huma trawmazzati u dipressati li qed nibżgħu minn ħsibijiet suwiċidali."

 

L-immigranti fuq Sea Watch 3 | Ritratt Doug Kuntz
L-immigranti fuq Sea Watch 3 | Ritratt Doug Kuntz

More in Politika