Iffabbrikat filmat ta' festin tal-Bank Ċentrali biex l-impjegati jidhru jgħajtu 'Viva l-Labour'

Il-filmat ixxandar fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista iżda jirriżulta li kien iffabbrikat

Fl-aħħar jiem, il-programm 'Sorsi Infurmati' li jintwera fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista xxandar filmat li skont il-ġurnalist Joe Mikallef ittieħed waqt il-festin tal-Milied għall-impjegati tal-Bank Ċentrali u li fih persuni jidhru jħajtu "Viva l-Labour."

Madanakollu, meta wieħed jisma' dan il-filmat, mxandar iswed u abjad u mżelleġ, mill-ewwel jinduna li l-awdjo ttieħed minn dak il-mument waqt l-għadd tal-voti meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali, tant li jinstema' wkoll it-taħbit mal-perspex.

Waqt il-programm Pjazza fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, intwera dan l-istess filmat, bl-awdjo tal-filmat iffabbrikat u l-awdjo tas-sala tal-għadd tal-voti jitqabblu flimkien.

Fil-fatt, jirriżulta wkoll li l-filmat imxandar mhux vera ttieħed waqt il-festin tal-Bank Ċentrali iżda huwa filmat meħud minn diskoteka.

 

More in Politika