Il-proġett tal-Corinthia sfidat fil-Qorti bi protest kontra l-PM Muscat u Konrad Mizzi

L-Avukat Ivan Mifsud jiftaħ proċeduri u jargumenta li l-liġi ma tagħtix id-dritt li l-privat jispekula, jagħmel negozju jew jibni kif irid art pubblika...

Veduta ta' fejn se jsir il-proġett tal-Corinthia
Veduta ta' fejn se jsir il-proġett tal-Corinthia

L-avukat Ivan Mifsud fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru u l-Ministru tat-Turiżmu fuq il-proġett pjanat għal Bajja ta' San Ġorġ mill-Grupp Corinthia. 

Mifsud argumenta illi l-proġett se jagħti l-possibilità li l-baħar madwar il-peninsula partikolari fejn se jsir l-iżvilupp jista' jkun reklamat għal raġunijiet purament kummerċjali. 

"Hija b'riżoluzzjoni Parlamentari biss li l-art tista' tkun diklassifikata...il-liġi ma tikkontemplax li konċessjonijiet jagħtu lill-privat il-libertà li jagħmlu li jridu minn dak li huwa ta' dominju pubbliku." Jgħid ukoll li l-liġi ma tagħtix lill-privat id-dritt li jispekula jew jagħmel negozju jew jibni li jrid fuq art pubblika."

Għalhekk Mifsud appella lill-Prim Ministru u lil Ministru tat-Turiżmu biex jassiguraw illi l-liġijiet mhumiex qed jinkisru u li l-interess tal-poplu Malti huwa mħares. 

 

 

More in Politika