L-Awtorità tal-Ippjanar terġa' ġġedded żvilupp massiċċ fuq l-għolja tax-Xemxija

Ir-rappreżentant tal-PN fuq l-Awtorità tal-Ippjanar Marthese Portelli flimkien ma' Timothy Gambin u ċ-Chairman tal-ERA Victor Axiak jivvutaw kontra....

Il-Mistra Village (fuq nett tal-għolja)
Il-Mistra Village (fuq nett tal-għolja)

L-Awtoritá tal-Ippjanar ġeddedt il-permess għal 744 appartament fuq erba' blokok li jitilgħu 12-il sular il-wieħed fuq il-Mistra Ridge, minflok dak li kien il-Mistra Village. Dan it-tiġdid ser isir minħabba li l-permess li ngħata fl-2014, u allura ħames snin ilu issa se jiskadi. S'issa l-ebda żvilupp għadu ma sar fuq is-sit li għadu dilapidat. 

L-ebda pjani ma nbiddlu mill-permess oriġinali.

Tliet membri tal-Bord tkellmu kontra l-iżvilupp. Dawn huma Marthese Portelli, rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista, Timothy Gambin u Victor Axiak. 

Il-proġett ma kienx eżaminat skont il-politika tal-'floor area ratio' kif midbdula wara li kien approvat il-permess. Gambin aċċenna għall-fatt li l-proġett ma kienx ikun approvat kienu kellha tkun ikkunsidrata tali politika, li ma tippermettix bini għoli fuq għoljiet.

Il-proġett jinkludi ħwienet u restoranti, apparti l-appartamenti u jkun viċin il-Knisja tax-Xemxija.  

L-Outline Permit kien ħareġ fl-2009, wara tnaqqis ta' 20% fin-numru ta' appartamenti u sussegwentement ingħata l-permess sħiħ fl-2014.  

Iċ-Chairman tal-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi Axiak qajjem punti fir-rigward tal-kwalità tal-arja u storbju. 



 

More in Politika